Kategoriji
Premju għall-Aqwa inizjattiva waqt il-pandemija tal-COVID-19
Dan il-premju se jirrikonoxxi l-entitajiet privati (l-organizzazzjonijiet, il-kumpaniji attivi fis-settur kulturali u kreattiv u artisti impjegati għal rashom) li urew il-ħsieb u l-prattika l-iktar innovattivi fil-ħolqien ta’ inizjattivi biex jikkumbattu l-limitazzjonijiet ikkawżati mill-pandemija globali tal-COVID-19.
Premju għall-Aqwa Produzzjonijiet waqt il-pandemija tal-COVID-19
Dan il-premju jirrikonoxxi l-produzzjoni artistika u kreattiva li tispikka l-aktar preżentata waqt il-perijodu affetwat mill-pandemija tal-COVID-19 f’termini tal-kwalità tax-xogħol, l-impatt tagħha fuq is-settur tal-arti kemm b’mod nazzjonali, u jekk rilevanti, b’mod internazzjonali kif ukoll l-għarfien kritiku ġenerali. Il-proġetti proposti jistgħu jkunu proġetti, wirjiet, kunċerti, esibizzjonijiet u films artistiċi, xogħlijiet artistiċi interdixxiplinarji u xogħlijiet awdjoviżivi preżentati permezz ta’ kwalunkwe forma ta’ preżentazzjoni pubblika.
Unur għall-Karriera Artistika
Dan l-unur ser jirrikonoxxi lil individwu, li, matul il-karriera tiegħu/tagħha kien ta’ kontribut kreattiv sinifikanti għas-settur kulturali u kreattiv Malti.
Unur għall-Ambaxxatur fl-Arti
Dan l-unur jipremja individwi li jħarsu u jissieltu għas-settur kulturali f’pajjiżna.
Unur għall- Promuturi fl-Arti
Dan l-unur jirrikonoxxi gruppi jew individwi, gruppi jew organizzazjonijiet li għamlu impatt pożittiv fuq is-settur kreattiv Malti u/ jew internazzjonali permezz tal-ħidma tagħhom fuq diversi livelli, inklużi produzzjoni, fondi u senserija ta’ kuntatti professionali.
Unur għall-Wirt Artistiku
Dan l-unur jippremja dawk li jaħdmu u jissieltu iex għal-promozzjoni tal-l wirt artistiku ta’ pajjizna.